Anzjani Minn 70 Sena ‘L Fuq Se Jingħataw It-Tielet Doża
Waqt konferenza tal-aħbarijiet id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-booster dose fid-djar tal-anzjani ħa jibdew jingħataw minn nhar it-Tnejn li ġej 6 ta’ Settembru, ġimgħa qabel dak pjanat. Dan hekk kif f’dawn l-aħħar jiem nstabu żewġ clusters f’djar tal-anzjani, wieħed ta’ 9 minn nies u ieħor ta’ 5 minn nies.
Il-Ministru Chris Fearne qal ukoll li mill-ġimgħa d-dieħla se jibdew jintbagħtu l-inviti lil dawk in-nies li għandhom sistema mmunitarja baxxa biex jingħataw it-tielet doża wkoll. Il-booster dose li ħa tkun qed tingħata hija Pfizer jew Moderna anke jekk l-ewwel żewġ dożi li ħadt kienu AstraZeneca.
Matul il-konferenza l-Ministru Chris Fearne ħabbar ukoll li minn Ottubru l-booster dose ħa tkun offruta lil persuni kollha li għandhom 70 sena u aktar.