Ara: Il-Pont Ta’ Brisbane Mixgħul Bil-Kuluri Tal-Bandiera Maltija

Ilbieraħ f’Jum l-Indipendenza ta’ Malta, Story Bridge f’Brisbane l-Awstralja xegħel bil-kuluri abjad u aħmar.
Dan il-pont mill-isbaħ inxtgħel b’dan il-mod sabiex jitfakkar dan il-jum mal-Maltin li jgħixu f’dan il-pajjiż.
Bosta Maltin li jgħixu viċin, fosthom minn Brisbane stess u minn Sunshine Coast u Gold Coast ingħaqdu flimkien f’attività li għamlu viċin Story Bridge filgħaxija sabiex ċċelebraw Jum l-Indipendenza flimkien.