Ara: In-Niagara Falls Mingħajr Ilma…

 Ara: In-Niagara Falls Mingħajr Ilma…

Ritratti rari ħafna ġew ippublikati meta għal sitt xhur sħaħ fis-sena 1969 in-Niagara Falls kienu tbattlu mill-ilma sakemm nixfu billi nbniet diga (river dam) temporanja biex tagħlaq l-aċċess tal-ilma.

Dan kien sar sabiex ġeoloġi u inġiniera setgħu jeżaminaw l-istat tal-blat u l-qiegħ tax-xmara minħabba biża li dan seta’ kellu ħsarat kbar minħabba l-ammont kbir ta’ ilma li jinżel b’veloċità qawwija.

Wara li kienu saru l-istudji kollha u kienu saru ukoll modifikazzjonijiet sabiex il-blat ikun aktar sigur in-Niagara Falls kienu reġgħu mtlew bl-ilma f’Novembru tal-1969 quddiem 2,650 spettatur.

Illum l-ilmijiet li jgħaddu huma iktar kontrollati sabiex jagħmlu ħsara mill-inqas lill-blat. Huwa stmat li issa jittiekel 10 ċentimetri ta’ blat f’10 snin, komparat ma’ 120 ċentimetru fis-sena ta’ blat li kien jittiekel minħabba is-saħħa qawwija tal-ilma li kien jinżel.

Ritratti: Niagara Foundation / Niagara Frontier / Smithsonian Magazine

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com