Attenti: It-Triq Minn Bieb Il-Bombi Għal Sa Maison Se Tkun Magħluqa

Infrastructure Malta qed tavża li bejn għada filgħaxija u t-Tnejn kmieni filgħodu se jkunu qed isiru tiswijiet u tisħiħ tal-karreġġjata tat-tramuntana ta’ Triq l-Indipendenza, minn Bieb il-Bombi, il-Furjana sa Sa Maison, il-Pietà.
F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali qalu li din il-karreġġjata se tkun magħluqa waqt ix-xogħlijiet, ħlief għall-karozzi tal-Linja.
Jekk bi ħsiebek tgħaddi minn din it-triq aħseb kmieni u uża rotta alternattiva minn Blata l-Bajda u l-Ħamrun.