Bħal-Lum 21 Sena Ilu, Id-Dinja Kellha Għajnejha Fuq Għawdex – It-Tewmin Sijamiżi
Bħal-lum 22 ta’ Settembru tas-sena 2000, il-Qorti tal-Appell f’Londra fir-Renju Unit, qatgħetha li tewmin Sijamiżi, ulied koppja minn Għawdex kellhom jinfirda, avolja waħda mit-tfal, bl-isem fittizju ta’ Mary kienet tmut.
B’hekk tkun salvata ħajjet ‘Jodie’.
Il-Qorti b’hekk ikkonfermat is-sentenza li kienet tat qabel il-Qorti Għolja Ingliża. Il-ġenituri riedu li t-tfal jitħallew kif inhuma għax dik kienet ir-rieda t’Alla.
F’Malta, l-isqfijiet kienu ħarġu dikjarazzjoni fejn qalu li ddispjaċiehom li r-rieda leġittima tal-ġenituri kienet imwarrba mill-qorti. Huma qalu li ebda bniedem ma għandu ħakma fuq il-ħajja ta’ bniedem ieħor.
Din hija ġrajja umana li serqet il-qlub tad-dinja.
Ritratt: The Sun