Bħal-Lum Fl-1937 Bdiet L-Ewwel Sistema Ta’ Ġbir Ta’ Skart Mid-Djar F’Malta
Bħal-lum 20 ta’ Settembru tal-1937, kienet tħabbret l-ewwel sistema ta’ ġbir tal-iskart mid-djar. Fil-bidu, dan kien isir f’Tas-Sliema u fil-Furjana biss.
Wara, l-esperiment kellu jinfirex lejn il-Belt Valletta, Bormla, l-Isla u l-Birgu.
Skont ir-rapport tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, kienet tlestiet il-Pixkerija l-ġdida f’Xatt il-Barrieri, fil-Belt Valletta.
Ritratt: Sandra Kamphorst