Bil-Filmat: “Daqshekk Huma Żbilanċjati L-Aħbarijiet Tal-Istat…” – Clifford Zahra Fenech
“9 minuti għall-Gvern u minuta kollox għall-Partit Nazzjonalista f’bulettin wieħed. Daqshekk huma żbilanċjati l-aħbarijiet tal-Istat!”
Hekk qal il-kandidat tal-PN Clifford Zahra Fenech f’messaġġ u filmat fuq il-mezzi soċjali tiegħu dwar l-aħbarijiet tax-xandir Nazzjonali.
F’filmat li għamel Zahra Fenech jgħid u jispjega “il-manuvri li bihom qed ikomplu jippruvaw isikktu lill-oppożizzjoni.”
Matul il-filmat huwa juri rappurtaġġ sħiħ fuq il-Gvern fil-bidu tal-aħbarijiet b’kummenti minn Ministri konċernati, filwaqt li dwar l-oppożizzjoni fl-aħħar tal-aħbarijiet jiġi rappurtat biss minuta fejn l-ebda kumment ma’ jittieħed mill-kelliema imma jiġi rappurtat biss x’intqal.
Clifford Zahra Fenech temm jgħid li “l-aħbarijiet tal-Istat huma proprju tal-Istat, iffinanzjati mit-taxxi tagħna bil-għan li jinfurmaw u mhux li jindottrinaw.”