Bil-Filmat: Flok In-Nannu Jerfgħu, Jimbuttah In-Neputi ta’ 3 Snin Bil-Wheelchair

 Bil-Filmat: Flok In-Nannu Jerfgħu, Jimbuttah In-Neputi ta’ 3 Snin Bil-Wheelchair

F’filmat li ttella’ fuq is-sit alsmalta.org, Carmen; martu, tirrakkonta l-memorja sbieħ li kellha ta’ żewġha Charlie. Charlie daħal f’Dar Bjorn fl-24 ta’ Jannar tal-2018.

Qalet li kull fejn kont tara lil Charlie kont issib lilha b’imħabba kbira. Charlie dam jgħix f’Dar Bjorn għal kważi sentejn sakemm ħalliena.

Mument gustuż kien meta n-neputi ta’ Charlie ta’ 3 snin, kien jimbuttah bil-wheelchair. Xena ta’ qsim il-qalb u ta’ mħabba kbira fl-istess ħin.

Minħabba l-kundizzjoni li kellu, Charlie qatt ma seta’ jilgħab ma’ neputieh. Għal iben Charlie, din kienet għafsa ta’ qalb kbira.

Għin lil Bjorn jiftaħ id-Dar il-ġdida f’Ħaż-Żebbuġ. Baqa’ biss l-aħħar ftit sabiex jinġabar dak meħtieġ biex din id-dar issir realtà.

Nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru 2021, kunu ġenerużi.


 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com