Bil-Filmat: Grupp Ta’ Periti Qed Jipproponu Li Jibdlu L-Park Nazzjonali Tal-Inwadar F’Bosk
Grupp ta’ periti u inġiniera Maltin magħmul minn 24 kumpanija nedew proposta ta’ kif fiż-żona tal-park nazzjonali tal-Inwadar tista issir afforestazzjoni.
Il-proposta bl-isem ta’ ‘Help Malta Breathe’ juri kif din iż-żona li tibda miż-Żonqor ta’ Marsaskala u tibqa’ sejra sax-Xgħajra, b’315,000 metru kwadru ta’ art tista’ tinbidel minn kif tinsab issa b’għelieqi li ftit li xejn jintużaw għal bosk mimli siġar indiġeni.
F’din iż-żona hu kkalkulat li joqgħodu aktar minn 40,000 siġra li jagħtu lill-pajjiżna aktar arja nadifa, spazji rikreattivi naturali kif ukoll kapaċi jnaqqsu b’mod naturali t-temperatura, dan apparti li l-bilanċ għall-iżvilupp żejjed li qed isir.
Il-grupp ta’ periti li qed jaħdmu fuq dan il-kunċett qed jipproponu wkoll proġetti simili f’Baħar iċ‑Ċagħaq, in‑Naxxar, San Ġwann, il‑Mellieħa u Għawdex fost oħrajn.
X’taħseb dwar din il-proposta?