Bil-Filmat: Imħabbra L-Kampanja Nazzjonali Pink October – Mov 21

 Bil-Filmat: Imħabbra L-Kampanja Nazzjonali Pink October – Mov 21

Illum tħabbret il-kampanja fuq livell nazzjonali Pink October – Mov ’21 miċ-Chairperson Michelle Muscat taħt il-patrunaġġ  tas-Sinjur Miriam Vella; mart il-President ta’ Malta.

Din is-sena Pink October ser tkun qed tiffoka fuq il-kanċer tas-sider b’mod speċjali fuq il-kanċer tal-ovarji u ċervikali li fil-gżejjer tagħna għadhom xi ftit jew wisq taboo. Il-kampanja tħeġġeġ lin-nisa biex jitkellmu dwar dan is-suġġett, jitgħallmu aktar kif jipprevenu, kif jiċċekkjaw lilhom infushom, jagħmlu l-‘iscreening’ neċessarju u t-testijiet kif ukoll jaffaċċjaw il-biżgħat.

Din il-kampanja se tqajjem ukoll kuxjenza dwar is-saħħa tar-raġel speċjalment b’relazzjoni mal-kanċer fil-prostata u dak fit-testikoli. Iżjed minn qabel, din is-sena l-kampanja se tgħin lill-irġiel kif jiċċekkjaw sew u jieħdu ħsieb tagħhom infushom f’dan ir-rigward.

Ser naraw personalitajiet Maltin li ser ikunu qed iwasslu l-messaġġ huma wkoll u jħeġġu lill-pubbliku ma jibżax jieħu l-pass li jkun meħtieġ.

Bosta tobba u kirurgi Maltin ukoll ser jindirizzaw din il-kampanja fosthom Dr Nick Refalo (Clinical Chair of SAMOC), Prof Ray Galea (gynecologist), Mr John Agius, (Oncoplastic Breast Surgeon), Dr Gerald Busuttil (Specialist in Urology) u Dr Krystel von Brockdorf (consultant oncologist.)

Mr Chris Barbara enfasizza l-importanza tax-Xjentisti Biomedikali u Mr Robert Xuereb mill-Fondazzjoni Marigold spjega wkoll l-importanza tas-sistema respiratorja li tissejjaħ ‘Deep Inspiratory Breath Hold Monitoring System’ li se tinxtara jekk jinġabru fondi biżżejjed. Dan mistenni jintuża fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.

Il-Fondi miġbura se jitqassmu lil NGO’s marbuta mal-kanċer u l-kanċer tas-sider għal aktar riċerka u edukazzjoni.

Agħti s-sapport tiegħek permezz ta’ donazzjoni fuq:

Permezz ta’ sms fuq 50619238 – €11.65
Permezz ta’ telefonata fuq 51702052 – €15 jew fuq 51802053 – €25

jew inkella permezz tal-Mobile pay fuq in-numru 99912373 għal €500

 

Żuru wkoll Pink Oct – Mov fuq facebook jew instagram biex tinforma ruħek bid-diversi attivitajiet matul dan ix-xahar.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com