Bil-Filmat: Julie Zahra B’Esperjenza Ta’ Ex-Pazjent F’Monte Carmeli…Tgħid Li Dan L-Isptar Għandu Jingħalaq U Jinfetaħ Sptar Ġdid
Ftit tal-ġranet ilu l-kandidata tal-Parit Nazzjonalisti Julie Zahra permezz ta’ vlogg waslet messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħha dwar is-sitwazzjoni fl-isptar Monte Carmeli.
Matul dan il-filmat Julie Zahra taqsam email li kiteb ex-pazjent u l-esperjenza tiegħu ta’ kif spiċċa fl-isptar Monte Carmeli wara li kien qed ifieq minn attentat ta’ suwiċidju.
“Ħaduni mingħajr ħadd mill-familja ma kien avżat, u mingħajr ma kellhom ċans iġibuli x’inbidel jew nilbes, nasal bil-piġama biss fl-aqwa ta’ Novembru u ngħatajt sodda f’kamra ma’ 5 oħra. Sodda mingħajr mħadda u b’saqqu irqieq miksi bil-ġilda, prattikament rieqed fuq l-injam,” irrakkonta dan l-ex-pazjent.
Huwa kompla jirrakkonta il-mod taf kien trattat fosthom meta beda jingħata pilloli li ma kienx jaf x’kienu u biex jiblaħhom kellu jimla l-ilma mil-vit. Il-kamra tal-banju qal li kienet “maħmuġa pesti” b’madum imwaqqa’ u b’xowers antiki mingħajr privatezza. Julie Zahra tkompli tirrakkonta minn din l-email dwar kif il-pazjenti kienu imħalltin flimkien b’kundizzjonijiet differenti, b’dawk li kienu fi stat mentali aktar gravi imħalltin ma dawk li qegħdin għaddejjin minn żmien ħażin ta’ dipressjoni kif ukoll anke nies bi problema ta’ droga.
Julie Zahra tgħid li Monte Carmeli għandu jingħalaq darba għal dejjem u għandu jinfetaħ sptar ġdid li jkun viċin dak ta’ Mater Dei. Hija tgħid ukoll li għanda jkun hemm aktar edukazzjoni sabiex lis-stigma fuq dan is-suġġett tispiċċa.