Bil-Filmat: Kont Taf Li Taħt L-Art Ta’ Qali Hemm Għerien Li Kienu Jintużaw Fiż-Żmien Il-Gwerra?

 Bil-Filmat: Kont Taf Li Taħt L-Art Ta’ Qali Hemm Għerien Li Kienu Jintużaw Fiż-Żmien Il-Gwerra?

L-esploraturi Pierre Farrugia u Angelo Caruana jerġgħu jagħmlu spedizzjoni oħra, din id-darba ġewwa Ta’ Qali. Huma f’dan il-filmat esklussiv jidhru qed jesploraw bħal għerien li kienu jintużaw fit-tieni gwerra dinjija, viċin ħafna ta’ fejn kien hemm il-mitjar f’Ta’ Qali fiż-żmien il-gwerra.

 

Mill-mappa li rnexxielu jsib Pierre ta’ din iż-żona minn żmien l-Ingliżi jidher li kien hemm 13-il għar b’kollox li dawn kienu jinfdu minn wieħed għal ieħor permezz ta’ passaġġ.

L-għerien kienu kbar mhux ħażin, għoljin madwar 4 metri, wiesgħa 5 metri u fondi madwar 30 metru.

Pierre jgħid li probabbilment dawn l-għerien taħt l-art kienu jintużaw biex fihom jinżamm splussiv jew likwidi li jieħdu n-nar malajr.

Il-post jidher li mhux stabbli u sigur ħafna hekk kif jidher li diversi ġebel waqa’ minn mas-saqaf matul iż-żmien, b’diversi passaġġi jinsabu mblokkati.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com