Bil-Filmat: L-Ewwel Edizzjoni Tal-Malta Film Awards Fi Frar 2022
Il-Kummissjoni tal-Films waqt ċerimonja li saret ilbieraħ filgħaxija nediet l-ewwel edizzjoni tal-Malta Film Awards, fejn ser inkunu qed niċċelebraw is-suċċessi tal-crew u cast lokali fl-industrija tal-films u t-televiżjoni tul dawn l-aħħar mitt sena.
L-ewwel edizzjoni ser tkun qed turi l-apprezzament tal-cast u crew lokali tul is-snin, waqt li tħejji t-triq għall-ġenerazzjonijiet li ġejjien.
It-tema’ magħżula hija “Celebrating Our Story”, ddedikata lil kull min ħadem u qed jaħdem fl-industrija tal-films u t-televiżjoni.
Ġurija esperta ser tkun tikkonsisti minn nies professjonali mill-qasam tal-arti, kemm lokali u kif ukoll internazzjonali.
Il-Kummissarju tal-Films u CEO tal-Malta Film Studios, Johann Grech dejjem emfasizza fuq it-talent lokali tal-cast u crew. “Kienet l-ambizzjoni tan-nies tagħna, il-ħila tal-crew tagħna li żammew l-industrija tal-films f’pajjiżna għaddejja minn ġenerazzjoni għal oħra,” tenna Grech.
Huwa qal li l-viżjoni tal-Kummissjoni tal-films u l-Public Broadcasting Services (PBS) għandhom l-istess għan u għalhekk qed jingħaqdu flimkien biex itellgħu serata spettakolari.
Mr Mark Sammut iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-PBS qal: “Il-Malta Film Commission u l-PBS, qed ningħaqdu flimkien biex nippremjaw il-bżulija u l-kreattività ta’ dawk li ħadmu fit-televiżjoni u fil-films, tul din l-istorja ta’ suċċess.”
Il-Ministru inkarigat mill-PBS, Carmelo Abela semma li minkejja l-limitazzjonijiet tal-kobor tal-Gżejjer tagħna, Malta xorta ospitat numru kbir ta’ produzzjonijiet prestiġjużi u għalhekk permezz tal-Malta Film Awards ħa nkunu qed nirrikonoxxu t-talent lokali. Il-Ministru Carmelo Abela qal “Pajjiż żgħir imma poplu kbir. Poplu li rnexxa, u li dejjem spikka bit-talent tiegħu.”
Il-Ministru Clayton Bartolo sostna dwar kemm l-ottimiżmu għal futur, hu ta’ suċċess tan-nies tagħna li qed jagħmlu parti mill-industrija tal-films f’Malta. Huwa qal “Issa huwa l-mument li tingħaqdu magħna għal darb’oħra ħalli nkomplu niktbu din l-istorja ta’ suċċess, għall-mitt sena li ġejjin.”
Il-Malta Film Awards ħa tkun qed tittella’ fis-sala ta’ Dar il-Mediterran fi’ Frar 2022.
L-applikazzjonijiet huma miftuħa mill-Erbgħa 29 ta’ Settembru sal-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru 2021.