Bil-Filmat: Malta Qed Tospita Ċ-Champions Ewropej Tal-Waterpolo Pro Recco Genova

 Bil-Filmat: Malta Qed Tospita Ċ-Champions Ewropej Tal-Waterpolo Pro Recco Genova

Iċ-champions Ewropej tal-waterpolo Pro Recco Genova ser ikunu qegħdin jagħmlu t-taħriġ tagħhom f’pajjiżna bejn illum u 26 ta’ Settembru.

Pro Recco Genova huwa l-aktar tim ta’ suċċess fl-istorja tal-waterpolo Taljana, waqt li preżentament għandhom fuq il-kotba tagħhom fost l-aqwa players fid-dinja ta’ din id-dixxiplina sportiva li jinkludu lil Aleksandar Ivović, Gergő Zalánkiu u Luka Lončar.

Dan il-kamp ta’ taħriġ ser ikun qiegħed iġib miegħu wkoll kontiġent ta’ ġurnalisti sportivi minn SkySport 24.

Dawn id-dettalji tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu s-sur Johann Buttigieg.

F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo saħaq kif il-wasla ta’ dan it-tim mondjali f’pajjiżna ser tfisser reklam b’saħħtu għall-Malta, barra minn xtutna kemm fl-Italja u anke fost dawk li huma segwaċi popolari ta’ dan l-isport.

“Fil-perjodu ta’ Pro Recco f’Malta, ser inkunu qegħdin nagħtu lin-nurseries lokali tal-waterpolo l-opportunità biex jiltaqgħu ma’ dawn il-plejers ta’ fama mondjali. It-turiżmu sportiv irid ikun garanzija għall-futur tal-mod kif nibnu s-settur turistiku ta’ pajjiżna għaż-żmien li ġej,” saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.

Huwa żied jgħid kif din il-garanzija għall-futur tfisser li l-Gżejjer Maltin jsru l-għażla naturali ta’ ażjendi mondjali sportivi biex dawn jiġu hawnhekk għal-kampijiet ta’ taħriġ rispettivi tagħhom.

Intant il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita Maltija għat-Turiżmu Johann Buttigieg qal li din l-aħbar ser tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet b’saħħithom li hemm bejn Malta u l-Italja f’diversi aspetti, fosthom anke dak sportiv, ser twassal biex pajjiżna jingħata viżibilita’ xierqa fuq il-mezzi tax-xandir Taljani.

 

View this post on Instagram

 

A post shared by Pro Recco Waterpolo 1913 (@prorecco)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com