Bil-Filmat: Papa Franġisku Jiltaqa’ M’Abbatini Maltin
Papa Franġisku spiss jiltaqa’ ma’ abbatini li jitilgħu minn pajjiżi differenti, biex jagħtu servizz fil-Vatikan bħala parti mill-mixja tagħhom. Hija drawwa wkoll li l-Papa jiltaqa’ magħhom u kien imiss l-aħħar grupp minn sitta.
L-abbatini Maltin kien għadhom kif lestew is-servizz fil-quddiesa tal-10.30am ta’ Jum il-Ħadd; Jum il-Mulej, f’San Pietru.
Kif jidher fil-filmat, il-Papa Franġisku daħal fosthom, sellmilhom wieħed wieħed, u anke talab talba flimkien magħhom. jakkumpanjahom, kien hemm Dun Frans Bonnici; qassis umli li jwettaq ħafna ġid mal-proxxmu.
B’kollox kien hemm 12-il abbati li l-età tagħhom tvarja bejn it-13 u s-17-il sena.
Żgur li memorja bħal din, mhux se tintesa qatt.