Bil-Filmat: Pulizija F’Melbourne L-Awstralja Jimblukkaw Triq … Għaliex?
Ammont kbir ta’ pulizija nġabru fi triq prinċipali f’Melbourne fl-Awstralja fejn deheru jimblukkaw triq u f’ħin minnhom anke jagħtu s-salt fejn quddiemhom kien hemm ammont ta’ trakkijiet u vetturi kbar tax-xogħol.
Wieħed isaqsi x’ġara? Jidher li din kienet protesta minn ħaddiema li ma jridux ikunu vvaċċinati. Il-kwistjoni qamet minħabba li ħafna każijiet tal-Covid-19 qed jirriżultaw mis-siti tal-kostruzzjoni.
Uħud minn dawk li kienu qed jipprotestaw tennew li mhux kull min kien hemm, kien ġenwin. “Hawn minnhom qegħdin hawn għall-ġlied”, tenniet persuna minnhom.
Bejn għajja mentali, bejn stress, dawn huma wkoll riżultati ta’ dak li għaddiet u għadha għaddejja minnu d-dinja.
@tristrammsabo##fyp The way our days our here in Melbourne, well done boys