Bil-Filmat: Xibka Twila Daqs 27 Karozza Tal-Linja F’Qiegħ Il-Baħar

 Bil-Filmat: Xibka Twila Daqs 27 Karozza Tal-Linja F’Qiegħ Il-Baħar

L-organizzazzjoni volontarja Żibel kompliet bil-ħidma tagħha favur l-ambjent hekk kif ftit tal-jiem ilu ttellgħet minn qiegħ il-baħar l-itwal xibka tas-sajd li qatt instabet f’Malta.

Din l-operazzjoni saret minn 10 voluntiera u ħadet diversi siegħat sakemm ġiet fi tmiem.

Ix-xibka li nstabet f’qiegħ il-baħar viċin iċ-Ċirkewwa kienet twila 242m, twila daqs 27 karozza tal-linja.

Permezz tal-mezzi soċjali tagħhom, Żibel tellgħu d-dettalji kollha ta’ din l-operazzjoni flimkien ma’ filmat. Huma qalu li ta’ lanqas f’din ix-xibka mietu 40 ħuta, f’żona li hija protetta.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com