Cherylis R-Rebbieħa Tat-30 Edizzjoni Tal-KKI 2021

Il-Konkors tal-Kanzunetta Indipendenza 2021 li kien mxandar live lbieraħ filgħaxija intrebaħ mill-kantanta Cherylis Camilleri bil-kanzunetta “Nifs” bi kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Philip Vella.
Fit-tieni post ikklassifikat il-kanzunetta “Forsi ismi ssejjaħ” tal-kantant Mark Portelli bi kliem ta’ Etienne Micallef u mużika ta’ Eliana Gomez Blanco, filwaqt li fit-tielet post ġiet Kylie Meilak bil-kanzunetta “Mill-Petali Mneżżgħa” bi kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas.
Skond l-għażla tan-nies permezz tat-televoting il-premju intrebaħ mill-kantanta Martina Fenech bil-kanzunetta “Xtaqt sejjaħtlek Pa” bi kliem ta’ Etienne Micallef u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas.
Ara l-filmat:
Ritratti: NET News