“Dan Jibqa’ L-Aqwa Livell Ta’ Rating Għal Pajjiżna Fl-Aħħar Għaxar Snin.” – Il-PL
S&P Global Ratings tat ċertifikat ieħor lill-politika ekonomika tal-Gvern Malti biex kienet ir-raba’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li fl-aħħar ftit xhur ikkonfermaw lil Malta fi klassi A.
“Dan jibqa’ l-aqwa livell ta’ rating għal pajjiżna fl-aħħar għaxar snin.”
Dan ġie konfermat permezz ta’ stqarrija mill-Partit Laburista fejn ntqal li dan ir-rapport jistona mad-diskors tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista li mheddija x-xerred id-dlam u tattakka bl-aħrax il-politika ekonomika tal-gvern.
Il-PL qal li waħda mir-raġunijiet għaliex l-esperti tal-S&P Global Ratings ħadu din id-deċiżjoni kienet minħabba r-rispons tal-gvern Malti għall-pandemija.
“Malta will contain the long-term adverse effects of the COVID-19 pandemic on its economy and budgetary position thanks to an effective policy response,” jgħid ir-rapport.
Il-Partit Laburista qal li l-Oppożizzjoni qed tikkritika l-miżuri li ħa l-Gvern u ssejħilhom tberbiq u ħela. Iżda għall-esperti nternazzjonali hemm realtà oħra. “The government’s countercyclical policy measures have prevented widespread business closures and job losses since the start of the pandemic and are supporting the economic rebound,” ikompli jgħid ir-rapport.
“L-Oppożizzjoni mhux biss tattakka l-politika fiskali tal-Gvern imma talli saħansitra qed tiċħad is-sewwa magħruf li l-ekonomija tagħna qed tirkupra,” kompla jsostni l-PL fl-istqarrija.
S&P Global Ratings qed jbassru wkoll li anke jekk it-turiżmu jibqa’ batut, l-ekonomija Maltija sejra tikber b’5% din is-sena u kważi 6% is-sena d-dieħla.