€668,658 Miġbura F’Maratona Għall-Partit Laburista

 €668,658 Miġbura F’Maratona Għall-Partit Laburista

Il-Partit Laburista ġabar is-somma ta’ €668,658 f’donazzjonijiet waqt maratona ġbir ta’ fondi ta’ ġurnata organizzata fl-għeluq sensiela ta’ attivitajiet tal-Partit Laburista bit-tema “Inġeddu Malta Flimkien.”

Fi tmiem il-maratona l-Prim Ministru, Robert Abela flimkien ma’ martu Lydia Abela u l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista rringrazzjaw lil dawk kollha li kkontribwixxew f’din il-maratona u lil kull min ta sehmu fil-Konferenza fosthom bosta voluntiera tal-partit.

Finalment huma qalu li din “iċ-ċifra sabiħa se tkompli tgħin u ssaħħaħ lill-Partit Laburista biex jibqa’ jinvesti fin-nies.”

Is-somma finali tħabbret mill-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com