Eluf Ta’ Fliexken Tal-Inbid Fost Oħrajn Konfiskati Mid-Dwana

 Eluf Ta’ Fliexken Tal-Inbid Fost Oħrajn Konfiskati Mid-Dwana

Matul tfittxijiet li saru mid-Dwana għal oġġetti ta’ kuntrabandu fiż-żona ta’ Tas-Sliema, l-Uffiċjali tad-Dwana f’żewġ ħwienet differenti sabu ammont konsiderevoli ta’ nbid, spirti, tabakk tax-shisha u eluf ta’ bolol tas-sisa mhux użati.

F’wieħed mill-ħwienet ġew elevati 3,338 flixkun tal-inbid fiskalment mhux immarkati u 23 flixkun tal-whisky, flimkien ma’ 7,607 bolol tas-sisa mhux użati.

F’sejba oħra f’Tas-Sliema, l-Uffiċjali tad-Dwana sabu u kkonfiskaw 49 pakkett ta’ tabakk tax-shisha tal-kuntrabandu, li jiżen total ta’ 16.5 kilogrammi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com