Erba’ Persuni Se Jitressqu L-Qorti Llum Fuq Ħasil Ta’ Flus

Erba’ persuni minn Bormla ħa jkunu qed jitressqu l-Qorti llum akkużati b’reati ta’ ħasil ta’ flus u li naqsu milli jħarsu l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqhom mil-Qorti tal-Maġistrati fost akkużi oħra.
Dawn l-akkużi nħarġu fil-konfront tagħhom wara jiem ta’ investigazzjoni mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra il-Ħasil tal-Flus.
Huma ħa jitressqu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco filwaqt li l-prosekuzzjoni f’dan il-każ se titmexxa mill-Avukati Karl Muscat u Andrea Żammit mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, assistiti mill-Ispettur TonJoe Farruġia u l-Ispettur Robert Azzopardi.