‘Festa Nar’ F’Tmiem Il-Ġimgħa

 ‘Festa Nar’ F’Tmiem Il-Ġimgħa

Il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar, ser jkun qed jorganizza s-sitt edizzjoni ta’ Festa Nar matul il-ġranet tas-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Settembru, avveniment ferm popolari mal-Maltin u dawk kollha li jżuruh.

Matul din l-edizzjoni speċjali ta’ din is-sena ser nkunu qed naraw numru rekord ta’ parteċipanti li ser jieħdu sehem. Fil-fatt huma madwar 23 għaqda tan-nar differenti minn fost ir-Reġjun tan-Nofsinhar.

L-ispettakli tan-nar matul il-jiem tas-Sibt u l-Ħadd ser jibdew mid-disgħa ta’ filgħaxija ‘l quddiem.

Il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar iħeġġeġ lin-nies sabiex isegwu dan l-avveniment b’mod dirett fuq il-paġna ta’ facebook, Festa Nar kemm is-Sibt 18 kif ukoll il-Ħadd 19 ta’ Settembru 2021.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com