Fl-Aġġornamenti Tas-Saħħa Ħa jibdew Jieħdu Preċedenza N-Numri Ta’ Nies Fl-Isptar U Mhux Aktar Il-Każijiet Ġodda Ta’ Covid-19

 Fl-Aġġornamenti Tas-Saħħa Ħa jibdew Jieħdu Preċedenza N-Numri Ta’ Nies Fl-Isptar U Mhux Aktar Il-Każijiet Ġodda Ta’ Covid-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għadu kemm ħabbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu li l-aġġornament tan-numri tal-każijiet ta’ kuljum tal-COVID-19 ħa jkun qed jiffoka aktar fuq ir-rati ta’ nies li jidħlu l-isptar.

Il-Ministru qal li l-“enfasi ewlenija” tal-aġġornament ta’ kuljum tal-COVID-19 se tkun fuq in-numru ta’ persuni li qed jiġu kkurati l-isptar u fil-kura intensiva (ITU).

Fl-aġġornament li joħroġ kuljum fis-12.30pm fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru Saħħa din l-informazzjoni s’issa kienet qed tkun miżjud bħala nota f’qiegħ il-paġna mal-grafika.

Fearne ħabbar ukoll bħalissa hemm 29 persuna l-isptar, fejn tnejn minnhom qed jieħdu l-kura fl-ITU.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com