Fl-Italja Green Pass Obbligatorju Biex Tmur Ix-Xogħol

 Fl-Italja Green Pass Obbligatorju Biex Tmur Ix-Xogħol

Fl-Italja mill-15 ta’ Ottubru li ġej il-Green Pass ħa jkun mandatorju għall-ħaddiema kollha.

Dan il-miżura stretta qed titieħed sabiex aktar nies ikomplu jitlaqqmu kif ukoll sabiex tassigura li l-postijiet tax-xogħol ikunu aktar siguri.

Minn jinqabad jaħdem mingħajr Green Pass jista’ jeħel multa ta’ €1,500 filwaqt li jkun sospiż mix-xogħol u min iħaddem għandu dritt iwaqqaf il-paga wara ħames t’ijiem.

Aktar kmieni fis-Sajf il-Green Pass fl-Italja ġie b’obbligu ukoll biex tidħol f’ristoranti, ċinema, gyms u postijiet ta’ divertiment.

Il-mira tal-Gvern Taljan hija li b’din il-miżura sa nofs Ottubru 80% tal-popolazzjoni tkun mlaqqma għall-Covid.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com