Glenn Farrugia Jemozzjona Ruħu Wara Li L-Maġistrat Qara D-Digriet – Jinżamm Arrestat

 Glenn Farrugia Jemozzjona Ruħu Wara Li L-Maġistrat Qara D-Digriet – Jinżamm Arrestat

Il-Kuntrattur Glenn Farrugia inżamm arrestat b’rabta mal-każ tal-ħaddiem tal-kostruzzjoni li weġġa’ fuq ix-xogħol u tħallha fuq bankina.

Farrugia ġie mressaq il-qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat Nadine Lia u ċaħad l-akkużi miġjuba kontrieh.

L-akkużat li għandu 31 sena qed ikun mixli li kkawża lill-vittma ġrieħi gravi, li qered l-evidenza, naqas milli jagħti kas is-saħħa tal-ħaddiem u s=sigurtà tiegħu u anke li naqas milli jipprovdi taħriġ adekwat lill-impjegati tiegħu. kien ukoll akkużat li ma ħax il-miżuri neċessarji meta kien qed isir ix-xogħol f’ċertu għoli u li anqas għamel risk assessment fuq is-sit.

Apparti dan, Glenn Farrugia qed ikun akkużat li ma nfurmax lill-Jobs Plus li l-vittma; Jaiteh Lamin huwa impjegat tiegħu. Iżjed minn hekk, li naqas ukoll li jħallsu skont kif stipulat mil-liġi.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com