“Iċ-Ċentru tas-Saħħa Ġdid F’Għawdex Għaddej Ġmielu” – Il-Ministru Chris Fearne

 “Iċ-Ċentru tas-Saħħa Ġdid F’Għawdex Għaddej Ġmielu” – Il-Ministru Chris Fearne

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne permezz ta’ post fuq il-mezzi soċjali ħabbar li x-xogħol fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa ġdid fir-Rabat, Għawdex għaddej ġmielu.

Il-Ministru Chris Fearne żar din il-binja flimkien mal-Ministru għall-Għawdex Clint Camilleri sabiex jaraw il-fażijiet finali ta’ dan il-proġett.

Dan ħa jkun Ċentru tas-Saħħa mibni fuq żewġ sulari b’faċilitajiet addatti għal-persuni anzjani u persuni b’diżabilità.

Huwa kalkulat li kuljum, madwar 180 persuna jagħmlu użu miċ-Ċentru tas-Saħħa f’Għawdex.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com