Id-Doża Booster B’Ritmu Tajjeb Hekk Kif Mill-Lum Tibda Tingħata Lil Dawk B’Immunita’ Baxxa
Hekk kif bħal lum ġimgħa bdiet tingħata d-doża booster tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil dawk ‘l fuq minn 70 sena li jinsabu fid-djar tal-anzjani, dan jidher li tlesta hekk kif mill-lum ħa jkunu qed jibdew jieħdu l-booster il-pazjenti li għandhom immunita baxxa.
Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu fuq il-mezzi soċjali.
Il-Ministru Chris Fearne kien ħabbar li din id-doża booster ħa tkun qed tingħata lil anzjani kollha ta’ 70 sena ‘l fuq.
Covid vaccine #booster rollout for immunosuppressed patients starts today in #Malta 🇲🇹 pic.twitter.com/Nz8clyO1pb
— Chris Fearne (@chrisfearne) September 13, 2021