Ikkonfiskati Madwar 300 Għasfur Tal-Għana Minn Propjetà F’Għawdex
Il-Pulizija ta’ Għawdex flimkien ma’ uffiċjali mit-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi kkonfiskaw madwar 300 għasfur tal-għana minn proprjetà f’Għawdex.
Huwa possibbli li dawn iddaħħlu bil-kuntrabandu f’pajjiżna mill-Italja. Il-birdLife Malta tenniet li dawn inqabdu llegalment fl-Italja u kienu fil-ħsieb li jinbiegħu fost in-nassaba lokali jew minn ħwienet tal-pets lokali.
L-għasafar ikkonfiskati jinkludu ħames speċi fosthom; Apparell, Gardell, Verdun, Ġojjin u Sponsun. Dawn kienu għadhom frieħ fil-maġġor parti tagħhom u nżammu f’kundizzjonijiet ħżiena u f’gabjetti żgħar.