Ikomplu Jiżdiedu Ċ-Ċertifikati Tal-Vaċċin Tal-Covid-19 Aċċettati F’Malta
L-Awtoritajiet tas-Saħħa u tat-Turiżmu jħabbru li mil-lum, 23 ta’ Settembru 2021, f’Malta se jkunu qed jiġu rikonoxxuti ċ-ċertifikat diġitali tal-Kuwajt u ta’ Singapore.
Dawn iċ-ċertifikati se jkunu rikonoxxuti b’vaċċini approvati mill-Awtorità Ewropea għall-Mediċini, ikunu kors sħiħ u jkunu għaddew 14-il ġurnata mill-aħħar doża.
Malta fil-preżent qed tirrikonoxxi wkoll iċ-ċertifikati tal-vaċċin tal-Unjoni Ewropea u tal-Iżvizzera, tat-Turkija, tal-Emirati Għarab Magħquda, tar-Renju Unit, tas-Serbia, tal-Ġibiltà, ta’ Jersey, ta’ Guernsey, tal-Qatar, tal-Albania, tal-Awstralja, tal-Kanada, tal-Eġittu, tal-Lebanon u kif ukoll ir-record card tal-Istati Uniti.