“Il-Ġlieda Ta’ Adrian Delia Kontra Il-Vitals Hija Waħda Tal-Partit Kollu” – Bernard Grech
Il-Partit Nazzjonalista kompla bis-sessjonijiet ta’ mistoqsija u tweġiba din id-darba bit-tema tas-saħħa. Din l-attività ġiet organizzata fl-Imqabba u qed jiġu organizzata kuljum f’lokalitajiet differenti u b’temi differenti li ħa jwasslu sal-Indipendenza.
F’din is-sessjoni l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien mistoqsi dwar l-isptarijiet tal-Vitals u qal li l-ġlieda ta’ Adrian Delia hija waħda tal-Partit kollu u insista li se jingħata l-appoġġ kollu meħtieġ għaliex l-isptarijiet tagħna ma jistgħux jibqgħu f’idejn nies bla esperjenza fil-qasam waqt li qed jkomplu jingħataw il-miljuni. Huwa qal ukoll li Gvern ġdid Nazzjonalista ħa jkun qed jara li jew jingħataw l-isptarijiet lura jew jingħata is-servizz kif xieraq u mwiegħed.
F’dawn l-aħħar ġranet kien qiegħed fuq id-diskussjoni wkoll l-isptar Monte Carmeli fejn meta mistoqsi għal darba oħra Bernard Grech ikkonferma li Gvern Nazzjonalista ħa jkun qed jagħlaq dan l-isptar u jagħmel sptar ġdid iddedikat għas-saħħa mentali qrib dak ta’ Mater Dei.