Il-Grupp Tas-Soċjalisti U Demokratiċi Fil-Parlament Ewropew Se Jiltaqgħu F’Malta

 Il-Grupp Tas-Soċjalisti U Demokratiċi Fil-Parlament Ewropew Se Jiltaqgħu F’Malta

Id-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew se tospita lill-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi f’Malta bejn is-27 u t-30 ta’ Settembru. Din se tkun l-ewwel laqgħa esterna tal-grupp wara ħafna snin. 

Il-Prim Ministru ta’ Malta u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela se jkollu numru ta’ laqgħat mal-Grupp tal-Ewro-Parlamentari. Din il-laqgħa hi sinjal ieħor ta’ fiduċja li għandu l-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Prim Ministru Robert Abela u fit-track record ta’ dan il-Gvern fuq ir-riformi leġiżlattivi u favur governanza aktar b’saħħitha. 

L-Ewro-Parlamentari u uffiċċjali tal-PE se jżuru numru ta’ proġetti li l-Gvern Malti embarka fuqhom biex tissaħħaħ il-ġustizzja soċjali f’Malta – mill-proġetti ta’ housing inovattivi għal proġetti ambjentali u ta’ sostenibilità. 

Din se tkun opportunità ta’ qsim ta’ ideat ta’ kif il-familja Soċjalista tista’ tkompli bl-avvanzi tal-aġenda għal Ewropa aktar ġusta, progressiva u soċjali. Dan ġie kkomunikat permezz ta’ stqarrija mill-Partit Laburista.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com