“Il-Gvern Iwettaq Kull Riforma Li Jwiegħed” – Il-PL

 “Il-Gvern Iwettaq Kull Riforma Li Jwiegħed” – Il-PL

“It-track record tal-Gvern fuq ir-riformi leġiżlattivi u favur governanza iktar b’saħħitha jwieġeb l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista,” qal il-Partit Laburista fi stqarrija f’reazzjoni għal dak li qal rigward il-kawża li qed jiffaċċja Jason Azzopardi.

Il-PL kompla jgħid li l-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela hi l-iktar waħda li ressqet liġijiet fil-parlament u wettqet għadd kbir ta’ riformi.

Fl-istqarrija l-PL kkonferma li r-riforma kontra l-Islapp qiegħda fuq l-aġenda immedjata tal-gvern.  “Dan għax azzjoni ta’ dan it-tip hi kundanabbli dejjem, issir kontra min issir,” tenna l-PL.

Il-PL saħaq li bħal kull riforma oħra li kienet imwiegħda din tiġi implimentata wara diskussjoni u konsultazzjoni biex ir-riżultat ikun wieħed  tajjeb.

“B’hekk tingħaqad fl-għadd kbir ta’ riformi storiċi li ebda gvern nazzjonalista ma kellu l-viżjoni jew il-kuraġġ li jagħmel,” ikkonkluda jgħid il-PL.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com