Il-Kelb Tad-Dwana Sparky Jaqbad Żewġ Passiġġieri Ingliżi Fil-Pussess Tad-Droga

 Il-Kelb Tad-Dwana Sparky Jaqbad Żewġ Passiġġieri Ingliżi Fil-Pussess Tad-Droga

Il-Kelb tad-Dwana Sparky rnexxielu jaqbad żewġt irġiel Ingliżi fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fil-pussess ta’ sustanzi illeċiti.

Fi stqarrija d-Dwana qalu li lbieraħ, wara talba għall-assistenza mill-kamra tal-kontroll tal-Ajruport, Uffiċjali tad-Dwana fittxew fuq 10 passiġġieri rġiel li kienu għadhom kemm waslu Malta minn Leeds.

Id-Dwana qalet li waqt li kienu qed jiġu ċċekkjati l-bagalji kollha tagħhom, Sparky irreaġixxa b’mod pożittiv għal żewġ bagalji partikolari, li meta nfetħu nstabu sustanzi illeċiti.

Passiġġier wieħed instab li kien qed iġorr borża tal-plastik b’sustanza suspettata Kokaina, u żewġ pakketti b’pilloli griżi suspettati li huma Ecstasy.

Il-passiġġier l-ieħor instab li kellu għodda relatat mal-użu tad-droga u pakkett b’sustanza suspettata Kannabis.

Il-każ ingħata lill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com