IL-MEP Alex Agius Saliba Jgħid Li S-Sistema Tal-‘Covid Hotels’ Ma Tagħmilx Sens

 IL-MEP Alex Agius Saliba Jgħid Li S-Sistema Tal-‘Covid Hotels’ Ma Tagħmilx Sens

“Hija prerogattiva tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika illi timponi kwarantina obbligatorja lil dawk illi jkunu ġejjin minn pajjiżi fejn l-imxija tal-COVID19  tkun waħda qawwija.”

Hekk qal il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba fuq il-midja soċjali tiegħu fejn spjega kif iżda li s-sistema tal-Covid Hotels mhi tagħmel l-ebda sens għal dawk li diġà għandhom residenza f’Malta.

Dawn il-persuni qed ikunu mġiegħla jużaw dawn il-hotels bi spejjeż żejda fuq il-familji.

Sostna kif il-każ ta’ Rachel Umanah huwa wieħed minn ħafna każijiet “fejn qed noħolqu problemi inutili illi nistgħu faċilment insolvuhom bi ftit aktar flessibilita’. Flessibilita’ illi żgur mhu ser tweġġa’ lil ħadd!”

Intom x’taħsbu dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com