“Il-Ministru Byron Camilleri Jibqa’ Dgħajjef Quddiem Id-Direttur Tal-ħabs” – Il-Partit Nazzjonalista
Il-Partit Nazzjonlista fi stqarrija qal li jinnota l-iżviluppi li seħħew fl-aħħar ftit sigħat, fejn sar magħruf illi ser jittieħdu passi kriminali kontra żewġ uffiċjali tal-ħabs b’rabta ma’ mewt b’suwiċidju ta persuna żagħżugħa ftit tal-ġimgħat ilu.
Intqal, li l-Partit Nazzjnalista jinnota illi, minkejja illi l-Gvern ttanta jnaqqas mill-gravitá ta dak li seħħ, illum sar magħruf illi din il-mewt seħħet kawża ta’ azzjonijiet jew nuqqas tagħhom li jimmeritaw azzjonijiet kriminali fil-konfront ta’ żewġ uffiċjali tal-ħabs.
“Issa hemm konferma oħra illi s-sitwazzjoni fil-ħabs hija waħda ta’ gravitá tali illi fi żmien perjodu ta’ sentejn mietu xejn anqas min 13-il persuna. Huwa tajjeb illi jittieħdu proċeduri kriminali hekk kif il-Maġistrat inkwirenti sabet nuqqasijiet li seħħew. Pero’ dan mhux biżżejjed”, tenna l-PN.
“Il-Partit Nazzjonlista jtenni illi l-problema fil-ħabs għandha tiġi indirizzata min fuq sa isfel. Għandha tiġi indirizzata billi filwaqt li l-uffiċjali iż-żgħar jirrispondu għal għemilhom fil-Qorti, l-uffiċjali għolja, inkluż id-direttur tal-ħabs jerfgħu r-responsabbiltá kollha għal dak li seħħ u li għadu qed iseħħ fil-ħabs sal-lum. Fuq kollox għandu jerfa’ responsabbiltá politika l-Miinistru Byron Camilleri li jibqa’ dgħajjef quddiem sistema immexxija min idrettur li rikbu u li ma għandux il-kuraġġ irażżan.”, temmet l-istqarrija ffirmata minn Beppe Fenech Adami; Kelliem għall-Inter,is-Sigurtá Nazzjonali u ċ-Ċittadinanza.