Il-Ministru Evarist Bartolo U L-Kummissarju Ewropew Olivér Várhelyi Jiddiskutu L-Aħħar Żviluppi Fil-Libja

 Il-Ministru Evarist Bartolo U L-Kummissarju Ewropew Olivér Várhelyi Jiddiskutu L-Aħħar Żviluppi Fil-Libja

Matul laqgħa fi Bled, is-Slovenja, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo flimkien mal-Kummissarju Ewropew għall-Viċinat u t-Tkabbir Olivér Várhelyi ddiskutew l-aħħar żviluppi fil-Libja u s-sitwazzjoni fil-Mediterran.

Huma ddiskutew it-twettiq tal-impenn tal-Unjoni Ewropea li tgħin lil-Libja dwar l-isfida tal-immigrazzjoni irregolari.

Il-Ministru Evarist Bartolo qed jattendi l-Bled Strategic Forum, fejn qed jiġu diskussi kwistjonijiet li qed tiffaċċja l-Ewropa u d-dinja fis-seklu 21, bil-parteċipazzjoni ta’ diversi mexxejja Ewropej.

F’Mejju li għadda, il-Ministru Bartolo u l-Kummissarju Várhelyi flimkien mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan Luigi di Maio kienu żaru Tripli għal laqgħat mal-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali tal-Libja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com