Il-Papa Franġisku F’Laqgħa Mal-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban
Il-Papa Franġisku wasal fil-belt kapitali tal-Ungerija, Budapest fejn f’din iż-żjara qasira se jkun qed jagħmel laqgħa mal-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban.
Il-laqgħa mistennija tenfasizza d-differenzi fil-fehmiet dwar l-immigrazzjoni bejn tal-Papa u l-Prim Ministru Orban.
Dan wara diversi deċiżjonijiet li ħa Orban dwar l-immigrazzjoni, fosthom li ma jilqax f’pajjiżu immigranti illegali, b’mod partikolari jekk ikunu Musulmani jew li jkunu ġejjien minn barra l-Ewropa.
Wara din il-laqgħa l-Papa mistenni jqatta’ tlett ijiem fis-Slovakkja, fejn se jiltaqa’ ma’ membri tal-komunità Lhudija.
Dan huwa l-ewwel vjaġġ internazzjonali tal-Papa minn wara l-operazzjoni li għamel aktar kmieni din is-sena.