Il-PM Robert Abela F’Ateni Għas-Summit Li Se Jiddiskuti T-Tibdil Fil-Klima Fost Oħrajn
“Ninsab f’Ateni għas-summit tal-EUMED9 flimkien ma’ mexxejja tal-pajjiżi tal-Mediterran u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen”, kiteb il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-midja soċjali tiegħu.
Qal li għall-ewwel darba f’dan il-grupp informali, qegħdin jintlaqgħu wkoll żewġ pajjiżi oħra; l-Islovenja u l-Kroazja, żieda li tfisser li dan il-grupp issa hu kompost minn terz tal-Istati membri tal-UE u se twassal għall-koperazzjoni aktar b’saħħitha.
Semma kif fuq l-aġenda hemm it-tibdil fil-klima, kwistjonijiet reġjonali u kif bi djalogu bejniethom, il-pajjiżi se joħorġu aktar b’saħħithom mill-pandemija.