Il-President George Vella Bi Żjara Uffiċjali Fil-Ġermanja

 Il-President George Vella Bi Żjara Uffiċjali Fil-Ġermanja

Il-President ta’ Malta George Vella beda żjara uffiċjali f’Berlin.

Fi stqarrija ntqal li matul din iż-żjara, fost impenji oħra, il-President se jkun qed jiltaqa’ mal-President tal-Ġermanja Frank-Walter Steinmeier.

Sakemm il-President ikun il-Ġermanja, is-Sinjura Dolores Cristina se sservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.​

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com