Il-President George Vella Se Jattendi Laqgħa Tal-Kapijiet Ta’ Stat Tal-Grupp Arraiolos F’Ruma

 Il-President George Vella Se Jattendi Laqgħa Tal-Kapijiet Ta’ Stat Tal-Grupp Arraiolos F’Ruma

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella se jkunu fil-kapitali Taljana Ruma, sabiex jattendu s-16-il laqgħa informali ta’ Kapijiet ta’ Stat tal-Grupp Arraiolos.

Matul din l-okkażjoni, il-President Vella se jkun qed jingħaqad mal-presidenti tal-15-il stat membru tal-Unjoni Ewropea li l-kap ta’ stat tagħhom huwa president mhux eżekuttiv.

Il-Grupp Arraiolos huwa maħsub biex ta’ kull sena jlaqqa’ flimkien kapijiet ta’ stat bl-għan li jaqsmu ħsibijiethom fuq temi ta’ rilevanza Ewropea u internazzjonali.

Fi stqarrija ngħad li sakemm il-President ikun Ruma, is-Sinjura Dolores Cristina se sservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com