Il-President Jinawgura Struttura Ġdida Fil-Kitchen Garden Bil-Għan Li Jiżdied Id-Dħul Għall-Community Chest Fund

 Il-President Jinawgura Struttura Ġdida Fil-Kitchen Garden Bil-Għan Li Jiżdied Id-Dħul Għall-Community Chest Fund

Il-President ta’ Malta George Vella inawgura struttura ġdida li nbniet f’The President’s Kitchen Garden, stabbiliment tal-ikel b’risq il-Community Chest Fund li jinsab f’ġonna li jappartjenu għall-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard, u li fihom ilhom is-sekli jitkabbru l-ħaxix u l-ħxejjex biex jiġi fornut il-palazz.

L-għan ta’ dan l-investiment, li sar b’inizjattiva tal-President innifsu u tas-Sinjura Vella u li tejjeb sostanzjalment l-ambjent tal-post, hu li r-restorant isir aktar attraenti biex, fl-aħħar mill-aħħar, jiżdied id-dħul għall-Community Chest Fund. Il-President fakkar li, minħabba l-Covid-19, intlaqtu ħażin diversi attivitajiet li minnhom kienu jinġabru ħafna donazzjonijiet għall-fondazzjoni. Barra minn hekk, diversi individwi u kumpaniji li kienu benefatturi regolari u li ġew affettwati negattivament kellhom inaqqsu jew iwaqqfu l-għotjiet tagħhom. Sadanittant, in-nefqa tal-Community Chest Fund qed tkompli tikber bil-kbir, prinċipalment minħabba l-prezzijiet dejjem jogħlew tal-mediċini tal-onkoloġija.

Il-President irringrazzja lill-ħaddiema kollha li kienu involuti f’dan il-proġett u ħabbar li hemm pjanijiet biex anke partijiet oħrajn tal-Kitchen Garden jiġu mtejbin fil-futur. ​

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com