Il-President Ta’ Malta Jżur Il-Post Fejn Seħħ L-Assassinju Ta’ Daphne Caruana Galizia

 Il-President Ta’ Malta Jżur Il-Post Fejn Seħħ L-Assassinju Ta’ Daphne Caruana Galizia

Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-President, ġie kkomunikat li, iktar kmieni llum, il-President George Vella, flimkien mas-Sinjura Miriam Vella u membri tal-familja tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, żar il-post fejn seħħ l-assassinju tas-Sinjura Caruana Galizia fil-Bidnija. Dan sar wara numru ta’ kuntatti, u qbil, bejn l-Uffiċċju tal-President u l-familja tas-Sinjura Caruana Galizia mit-3 ta’ Settembru lil hawn.

Hemmhekk, il-President Vella poġġa kuruna ta’ fjuri bħala turija ta’ sogħba u kundanna għall-att oxxen li temm il-ħajja tas-Sinjura Caruana Galizia nhar is-16 ta’ Ottubru 2017 u fit-twettiq tar-rakkomandazzjoni tal-inkjesta pubblika li ‘l-Istat jirrekonċilja mal-familja tal-ġurnalista assassinata, biex b’hekk jagħti bidu għall-fejqan tal-ġerħa gravi u trawmatika li minnha għadda u għadu qed jgħaddi l-pajjiż’.

Ritratti: OPR

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com