Il-Prim Ministru Jħabbar Il-Proġett Tat-Trakka Tal-Karozzi B’Investiment Ta’ €20 Miljun

 Il-Prim Ministru Jħabbar Il-Proġett Tat-Trakka Tal-Karozzi B’Investiment Ta’ €20 Miljun

Waqt lagħqa tal-Kabinett iffokata fuq l-isport li saret dalgħodu fil-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali, il-Prim Ministru ħabbar li l-Gvern wasal fuq il-proġett ta’ trakka tal-karozzi.

Huwa f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali qal li “ridna li mmorru għal xi ħaġa professjonali, iżda li fl-istess ħin ma toħloqx inkonvenjent lir-residenti tal-madwar. It-trakka se ssir f’żona f’Ħal Far fejn illum diġà tintuża għal dan l-isport.”

Din it-trakka ħa tkun qed issir b’investiment ta’ €20 miljun u ħa tkun ta’ livell internazzjonali.

“Assigurajna li ma tittieħed ebda art ODZ u skartajna wkoll pjanti li kien hemm snin ilu u li kienu fuq ħafna iktar art u jaslu viċin wisq ta’ żoni residenzjali,” tenna l-Prim Ministru.

Ntqal li fid-diskussjonijiet kien hemm ukoll studji dwar il-ħoss fejn se jsiru miżuri ta’ mitigazzjoni biex saħansitra jitnaqqas l-impatt ta’ attività li diġà teżisti f’Ħal Far.

Il-Prim Ministru temm jgħid li din se tkun “wegħda oħra mwettqa bilgħaqal fejn minn proġett tal-ogħla livell igawdi kulħadd.”

F’kummenti li kiteb is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li “b’dan il-proġett ser inkunu qed nassiguraw li nsaħħu d-drag racing u l-karting li diġa huma eżistenti, filwaqt li nibnu ċirkut biswit dawn l-istess faċilitajiet.”

Qali ukoll li ser jkun qed issir upgrade tal-faċilitajiet eżistenti tad-drag racing u l-karting.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli qalet li dan il-proġett ħa jkun qed jara li jsir investiment fil-faċilitajiet eżistenti kif ukoll mhux se jersaq lejn iż-żona residenzjali u mhux se tittieħed art ODZ.

Qalet ukoll li kuntlarjament għal dak li jsir bħalissa, kompetizzjonijiet se jkunu regolati bil-ħin u skont prattiċi internazzjonali, kif ukoll bil-proġett il-ġdid ħa jkunu jistgħu jużaw it-trakka biss karozzi li jniġġsu l-inqas.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com