Il-Vjolenza Abbażi Tal-Ġeneru Bħala Qasam Ġdid Ta’ Kriminalità Skont It-Trattati Tal-UE*

Wara li llum ġiet aċċettata l-inizjattiva legali li timmira l-leġislazzjoni u l-politika li tindirizza kull forma ta’ vjolenza u diskriminazzjoni a bażi tal-ġeneru, il-Parlament Ewropew ħareġ din l-istqarrija hekk kif ġej;
Il-proposta tal-Parlament Ewropew li tikkriminalizza l-vjolenza abbażi tal-ġeneru tista’ tkun ta’ vantaġġ kbir għall-UE. Il-benefiċċji ekonomiċi biss jistgħu ikunu ta’ madwar €25 biljun fis-sena tul żmien qasir u €54 biljun fis-sena tul żmien itwal.
Hemm ħafna aktar benefiċċji li ma nistgħux noħorġu b’ċifra għalihom, bħal protezzjoni akbar tad-drittijiet fundamentali u tnaqqis fl-inugwaljanzi bejn il-ġeneri.
Il-benefiċċji ġenerali li toffri l-proposta jistgħu jingħataw spinta minn azzjoni tal-UE biex jitkabbar il-mandat tal-korpi għall-ugwaljanza, tittejjeb il-kwalità tad-data amministrattiva u ta’ stħarriġ u jingħata appoġġ lill-edukazzjoni u t-taħriġ.
Dan ir-rapport sar mis-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew.
*l-Artikolu83(1) tat-TFUE
Ritratt: https://ied.eu/blog/combat-gender-based-violence/