Illum Il-Festa Tal-Madonna Tal-Mellieħa
Illum qed tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna tal-Mellieħa li għandha devozzjoni kbira u tmur lura sekli sħaħ.
Dan il-maqdes jew a-jar knisja tissejjaħ trogloditika, li tfisser post imħaffer fil-blat.
Is-santwarju huwa indikazzjoni tat-tip ta’ ħajja li kienu jgħixu l-Melliħin, ħajja ta’ qtiegħ il-qalb li nħasset għal tul ta’ snin u ġiegħlet lill-popolazzjoni tinżel sew fin-numru.
Ta’ sikwit il-Mellieħa u l-akkwati kienu maħbuta minn pirati tal-baħar u mhux darba jew tnejn li niesha kienu jispiccaw ilsiera barra minn xtutna.
Minħabba dan il-ħbit min-naħa tal-pirati, bosta persuni abbandunaw għal kollox l-inhawi tal-Mellieħa, għax kienet tispiċċa kemm-il darba maħbuta mill-furbani minħabba l-pożizzjoni tagħha fil-Majjistral ta’ gżiritna.
Dan l-imkejjen kien ukoll invistat mill-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni.