“Illum Ngħoddha B’Waħda Għax Setgħet Kienet Tal-Aħħar…” – Maria La Barokka
“Illum ngħoddha b’waħda għax setgħet kienet tal-aħħar u kont inkun aħbar,” hekk kitbet dalgħodu Maria Muscat fuq il-mezzi soċjali tagħha fejn irrakkontat kif dalgħodu fejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija waqet siġra kbira ftit minuti qabel ma għaddiet minn taħtha.
Maria qalet li ħadet brejk qawwi biex tieqaf, “kont nitgħaffeġ taħtha żgur… Il-Mulej żammni hawn,” qalet Maria Muscat.
“Ara vera destin għax faċilment stajt mitt taħt siġra!” tenniet Maria wara din l-esperjenza xejn sabieħa li kella tgħaddi minna kmieni dalgħodu.
Hija temmet tirringrazzja lil raġel barrani li ħareġ bit-torċ biex iwaqqaf lil karozzi li kienu ġejjien warajha.