“Illum Tajna Tama Ġdida Lill-Persuni Li Ma Setgħux Ikunu Sidien ta’ Darhom Minħabba Ċirkostanzi” – Il-PM
“Illum tajna tama ġdida lil dawk il-persuni li sal-lum ma setgħux isiru sidien ta’ darhom għax kellhom mard, kundizzjoni jew diżabilità li ma tipprermittilhomx li jkollhom life insurance”, qal il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-midja soċjali tiegħu.
Tenna li deċiżjonijiet bħal dawn juru għaliex din l-amministrazzjoni tistinka kuljum għal tkabbir ekonomiku li jissarraf f’ġid li jinfirex fis-soċjetà.
“F’pajjiżna kulħadd irid ikollu l-opportunità li jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu”, temm jgħid il-Prim Ministru Abela.