Imut Ġimgħa Wara R-Raġel Li Waqa’ Minn Gallerija F’Wied Il-Għajn

Ir-raġel ta’ 59 sena minn Raħal Ġdid li kien fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli ta’ sular, tilef ħajtu llum.
L-inċident kien seħħ fl-9 ta’ Settembru, filgħaxija, fi Triq Ġebel Ħanxul, Wied il-Għajn.
Il-vittma kien rappurtat li waqa’ għoli ta’ madwar sular minn gallarija. Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia mexxiet inkjesta dwar dan il-każ.