Isma’ Vuċijiet Eleganti U B’Saħħithom Fid-9 T’Ottubru Li Ġej Fil-Belt Valletta

 Isma’ Vuċijiet Eleganti U B’Saħħithom Fid-9 T’Ottubru Li Ġej Fil-Belt Valletta
Wara s-suċċess kbir tal-ewwel edizzjoni ta’ Opera in the City, esperjenza l-kobor, l-eleganza u l-qawwa tal-vuċijiet ta’ tliet tenuri waqt lejla mimlija bl-aktar melodiji operistiċi famużi fid-dinja, li żgur se jġiegħluk tkanta magħhom.
Gawdi programm ta’ vuċijiet mill-aqwa u spettaklu operistiku, flimkien mat-tenuri Nico Darmanin, Cliff Zammit Stevens u Alan Sciberras, akkumpanjati minn Sofia Narmania fuq il-pjanu.
Il-postijiet huma limitati. Jekk jogħġbok ibbukja billi tibgħat email fuq [email protected] jew billi ċċempel fuq 21242018.
Skond ir-regolamenti tad-Dipartiment tas-Saħħa:
L-individwi kollha li għandhom 12-il sena jew aktar għandhom jippreżentaw iċ-ċertifikat tat-tilqima validu u rikonoxxut, u t-tfal bejn 5 u 11-il sena għandhom jippreżentaw riżultat negattiv tat-test tal-COVID-19. M’hemmx bżonn li jsir test tal-COVID-19 għal tfal ta’ taħt il-5 snin.
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq [email protected].
Produzzjoni tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta f’kollaborazzjoni ma’ FTZ Community Foundation
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com